Fl-edizzjoni tal-Ħadd 5 ta’ Novembru tas-sensiela “Bnedmin Aħna” se niddiskutu t-tema – Il-bniedem u l-imħabba lejn l-annimali.
Bla dubju ta’ xejn teżisti rabta bejn il-bniedem u l-annimali. Anki f’pajjiżna tista tgħid ħafna familji jrabbu xi tip ta’ pet. Xi jwassal għal din l-imħabba tal-bniedem lejn l-annimal? Sintendi jeżistu wkoll każi ta’ moħqrija fuq l-annimali. Xi tkun ir-raġuni li twassal biex xi ħadd jikkawża moħqrija fuq annimali?
Mistieden fl-istudio Robert Spiteri, Dog Behaviour Consultant u Maria D’Amato attivista favur il-ħarsien tal-annimali.
“Bnedmin Aħna” – il-Ħadd mill-1030 sa nofsinhar fuq Radju RTK 103FM.