Fl-edizzjoni tal-Ħadd li ġej 3 ta’ Diċembru tas-sensiela “Bnedmin Aħna” se nitkellmu dwar il-Bniedem u d-dritt tiegħu għall-espressjoni ħielsa
 
Ħafna drabi nitkellmu dwar id-dritt tal-bniedem li jesprimi lilu nnifsu b’mod ħieles. Biss fir-realta’ jeżistu limitazzjonijiet għal dan id-dritt? F’Malta dan id-dritt kemm huwa mħares? Teżisti kultura favur l-espressjoni ħielsa jew din hi mtappna minn biża’ li min jitkellem jista’ jbati l-konsegwenzi.
 
Fl-istudju ikollna mistiedna lill-kittieb Malti Immanuel Mifsud u lill-cartoonist Steve Bonello li se jaghrblu dan is-suggett bl-intervent tas-semmiegha permezz tat-telefon u l-SMSes.
 
“Bnedmin Aħna” – il-Ħadd mill-1030 sa nofsinhar fuq Radju RTK 103FM.