Fl-edizzjoni tal-Ħadd 10 ta’ Diċembru tas-sensiela “Bnedmin Aħna”  se nitkellmu dwar il-Bniedem u x-xogħol.

Spiss norbtu x-xogħol mad-dinjita’ tal-bniedem. U bir-raġun. Ix-xogħol huwa dak li jimmotiva l-bniedem iqum kuljum, joħroġ u jmur jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum permezz ta’ xogħol li jgħinu jikber, jimxi ‘l quddiem fil-ħajja u sintendi jmantni lilu nnifsu u ħafna d-drabi l-familja tiegħu jew tagħha.  Id-dinja tax-xogħol partikolarment fiz-zminijiet tal-lum toffri sfida li jeħtieġ li jigu ffaċċjati b’mod għaqli.

Fl-istudjo ikollna mistiedna l-eks trejdjonista u llum konsultent dwar il-qasam tax-xogħol, Gejtu Vella u l-avukat li tispeċjalizza fil-qasam tax-xoghol   Roslyn Borg Knight  li se jagħrblu dan is-suġġett bl-intervent tas-semmiegħa permezz tat-telefon u l-SMSes.

“Bnedmin Aħna” – il-Ħadd mill-1030 sa nofsinhar fuq RTK 103FM.