Żibel ma’ wiċċna

Issa naħseb kulħadd jaf li l-miżbla fl-Għallis dalwaqt timtela’ u ma jkollniex fejn narmu aktar żibel jew skart dment li ma nsibux soluzzjoni kemm jista’ jkun malajr. Dan il-prospett ilu ftit magħruf imma għal xi raġuni ħsibna li għada m’hu se jasal qatt. X’se nagħmlu biż-żibel mhix problema ta’ gvern jew ieħor, ta’ partit jew ieħor, imma hija problema tagħna lkoll. Naħseb matul is-snin lagħbna wisq tal-qattus u l-ġurdien f’dan il-qasam. Wasal iż-żmien li nimxu ‘l quddiem bla għamad.

Għandna problema li jkun aktar għaqli jekk insolvuha flimkien aktar milli nipprovaw inwaħħluh lil xulxin dwarha. Jekk din il-problema ma nsolvuwhiex fiż-żmien li ġej se tibqa’ ma’ wiċċna lkoll għada pitgħada.

L-appell tiegħi huwa biex l-Oppożizzjoni b’kap ġdid tirrikonsidra d-deċiżjoni li ħadet li ma taċċettax li tieħu sehem f’kumitat nazzjonali li għandu jiddeċiedi soluzzjoni għal din il-problema nazzjonali.

2017-09-17T15:01:51+00:00 September 17th, 2017|Society|

About the Author:

After quitting politics for good to focus on my professional work as a human resources and communications director with one of the major groups of companies in Malta, I re-discovered my passion for writing on areas close to my profession and interest. I consider this personal blog as my space, a space I willingly share with you.

Leave A Comment