Salvaġiżmu bla limitu

Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħed ninnota li qed jikber is-salvaġiżmu fil-lingwaġġ użatt partikolarment fuq il-media soċjali. Donnu l-facebook sar l-iżvog ta’ ħafna nies biex joħorġu dak li jkollhom fuq l-istonku. F’xi każi qed jinqabżu l-limiti tad-deċenza. Nemmen fil-liberta’ tal-kelma imma din qatt m’għandha tkun a skapitu ta’ deċenza li għandek tuża anki mal-akbar għadu tiegħek.

Dan it-tip ta’ lingwaġġ spikka ħafna fix-xhur ta’ qabel l-aħħar elezzjoni u baqa’ għaddej sa issaa anki għax kif jgħidu It has been a long, hot summer fil-qasam politiku partikolarment ta’ partit minnhom. Dan l-aġir jinħass ukoll f’diskussjonijiet dwar suġġetti meqjusa jaħarqu bħall-imigrazzjoni ngħidu aħna. Ċertu kliem li jintuża huwa tal-biża’.

Ma nemminx fiċ-ċensura imma nemmen fl-edukazzjoni. U f’dan ir-rigward għadna ħafna lura. Ma nafx kif tista’ tissewwa l-ħsara anki fir-relazzjonijiet bejn nies li xi darba kienu ħbieb wara li jkun inkiteb tant kliem li jweġġa’. Nittama f’għada aħjar anki f’dan il-qasam. Wisq nibża’ imma li l-affarijiet imorru għall-agħar jistgħu aktar milli ‘il quddiem.

2017-09-01T12:53:10+00:00 August 30th, 2017|Tiżwieqa|

About the Author:

After quitting politics for good to focus on my professional work as a human resources and communications director with one of the major groups of companies in Malta, I re-discovered my passion for writing on areas close to my profession and interest. I consider this personal blog as my space, a space I willingly share with you.