Fl-edizzjoni tal-Ħadd 5 ta’ Novembru tas-sensiela “Bnedmin Aħna”  se niddiskutu t-tema – Il-bniedem u l-imħabba lejn l-annimali.

Bla dubju ta’ xejn teżisti rabta bejn il-bniedem u l-annimali. Anki f’pajjiżna tista tgħid ħafna familji jrabbu xi tip ta’ pet.  Xi jwassal għal din l-imħabba tal-bniedem lejn l-annimal? Sintendi jeżistu wkoll każi ta’ moħqrija fuq l-annimali. Xi tkun ir-raġuni li twassal biex xi ħadd jikkawża moħqrija fuq annimali?

Mistieden fl-istudio Robert Spiteri, Dog Behaviour Consultant u  Maria D’Amato attivista favur il-ħarsien tal-annimali.

“Bnedmin Aħna” – il-Ħadd mill-1030 sa nofsinhar fuq Radju RTK 103FM.