Fit-tieni programm mis-sensiela “Bnedmin Aħna” li se jixxandar il-Ħadd 15 ta’ Ottubru se niddiskutu l-lingwa bħala għodda kif nikkomunikaw ma’ xulxin fis-soċjeta tagħna.

Se niffikokaw b’mod partikolari fuq il-lingwa Maltija u flimkien ma’ esperti fl-istudios u barra minnu naraw kif żviluppat u għaddiet  minn ġenerazzjoni għal oħra sa mill-eqdem zminijiet.

Mistiedna fl-istudio il-lingwisti Dr Michael Spagnol u Dr Alexandra Vella.

“Bnedmin Aħna” – il-Ħadd mill-1030 sa nofsinhar fuq RTK u għandu preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Charlo Bonnici.