L-edizzjoni tal-Ħadd 29 ta’ Ottubru tas-sensiela “Bnedmin Aħna”  se tiffoka fuq it-tema – Ir-relazzjoni tal-bniedem mal-ikel.

Il-bniedem jiekol sempliċiment biex jgħix jew anki għal pjaċir u s-sodisfazzjon li jagħtih l-istess ikel? Xi jwassal lil bniedem li jwarrab l-ikel minn ħajtu u jispicca jmur sa xifer il-mewt u min-naħa l-oħra hawn min li jibqa jiekol anki meta jaf bil-ħsara li jkun qed jagħmel? Fuq nota differenti x’inhu l-ikel li jħobbu l-aktar il-Maltin?

Mistiedna fl-istudio esperta fin-nutrizzjoni u akkademika, il-Professur Suzanne Piscopo u ix-xandar u l-espert tat-tisjir, Anton B Dougal.

“Bnedmin Aħna” – il-Ħadd mill-1030 sa nofsinhar fuq RTK.