L-edizzjoni ta’ għada l0Ħadd 22 ta’ Ottubru tas-sensiela “Bnedmin Aħna”  se tiffoka fuq it-tema tal-ambjent.

Se nistaqsu x’importanza għandu għall-bniedem l-ambjent? F’pajjiż żgħir bħal tagħna fejn ir-riżorsi huma limitati ħafna l-ambjent x’importanza għandu?

Mistiedna fl-istudio l-idrologista u ambjentalista Marco Cremona u l-iżviluppatur u president tal-assoċjazzjoni tal-iżviluppaturi Maltin, Sandro Chetcuti.

Se jkollna wkoll kollegament bit-telefon mal-Professur Simone Borg dwar it-tibdil fil-klima u kif din l-issue teffettwa lilna lkoll.

“Bnedmin Aħna” – il-Ħadd mill-1030 sa nofsinhar fuq RTK.