Wara assenza ta’ 20 sena, minn Ottubru li ġej se nirritorna għall-ewwel imħabba tiegħi fil-qasam tal-media – ir-radju – bi programm li nippreżenta u nipproduċi fuq l-istazzjon RTK.

“Bnedmin Aħna” hija sensiela li tħares lejn diversi aspetti tan-natura uman, bit-tajjeb u l-ħażin tagħha, bl-ovvju u bil-misterjuż. Permezz ta’ esperti fl-istudjo u mistiedna oħra li jaqsmu magħna stejjer u esperjenzi marbuta mas-suġġett magħżul, niskopru flimkien aspetti varji tan-natura umani li forsi rari naħsbu fuqhom.

Il-programm, li jixxandar dirett kull nhar ta’ Ħadd bejn l-10.30am u 12pm ikun imżewwaq ukoll b’informazzjoni marbuta mas-suġġett, b’kollegamenti barra l-istudjo, b’telefonati tas-semmiegħa kif ukoll b’mumenti mużikali.

“Bnedmin Aħna” mill-Ħadd 8 ta’ Ottubru.